Professur Universitarju mill-istati Uniti kiser rekord dinji wara li għex taħt l-ilma għal 74 jum. Minkejja dan, il-Professur Joesph Dituri għadu ma ħariġx minn hemm għax ix-xewqa tiegħu hi li jirnexxielu joqgħod taħt l-ilma għal 100 jum.
Dituri wettaq l-ħolma tiegħu f’Jules Undersea Lodge, li hija fonda ta’ 30 pied fi Florida, fl-Istati Uniti. Hekk kif temm l-74 jum taħt l-ilma, kiel ikla b’ħafna proteini, bħal bajd u salamun.
Il-missjoni ta’ Joseph kien imsejjaħ Project Neptune 100, li mistennija tintemm fid-9 ta’ Ġunju wara li se jipprova jqatta 100 jum b’kollox.
Fil-jiem li qatta, huwa irnexxielu jilħaq iktar minn 2,500 student permezz tal-klassijiet onlajn li qegħ- din jistudjaw ix-xjenza tal- baħar u korsijiet oħrajn, bħal l-inġinerija bijomedika fl-Universitá ta’ Florida.
Ir-rekord preċidenti kien ta’ 73 jum, sagħtejn u 34 minuta kien stabbilit minn żewġ professuri f’Tennesse, Bruce Cantrell u Jessica Fain fl-istess post fl-2014.