Saturday, December 21, 2024

Proġett bil-għan li x-xewqa ta’ tfal fil-bżonn issir realtà dan il-Milied

Aqra wkoll

Il-grupp żagħżugħ bl-isem ta’ ‘I See life’ li ġie stabbilit riċentament, għadu kif nieda proġett ta’ appoġġ għall-Milied bl-isem ‘Grant a Wish’. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jgħin tfal fil-bżonn billi jingħataw rigali li jixtiequ fil-Milied. 

Il-grupp żagħżugħ spjega li jixtieq joħloq din il-kampanja biex jgħin speċifikament tfal f’istituti, flimkien mal-familji tagħhom li huma residenti jew li qegħdin jircievu l-għjanuna mingħand is-servizzi ta’ ‘Dar Tgħanniqa T’Omm’ u ‘LifeLine’.

Il-grupp ‘I See Life’ qiegħed jinkoraġġixxi lil kull min jixtieq jikkontribwixxi f’din l-inizjattiva biex jagħmel kuntatt magħhom billi jibgħat email fuq [email protected] jew jagħmel kuntat magħhom fuq id-diversi midji socjali tagħhom, inkluż il-pagna tal-Facebook ‘I See Life’ u l-Instagram account @iseelife.mt. Kull min jixtieq jgħin f’din l-inizzjattiva se jiġi mitlub jagħti donazzjoni ta’ rigal lil tifel jew tifla fil-bżonn.

Il-kampanja qiegħda tiġi mnedija onlajn bħala avviment fuq Facebook li se tiġi aġġornata ta’ spiss b’deskrizzjonijiet dwar it-tfal li ser jiġu mogħtija dawn ir-rigali. Biex tiġi faċilitata l-għażla tar-rigali, il-grupp diġà beda jippubblika fuq Facebook uħud mid-deskrizzjonijiet li jinkludu l-isem u l-età tat-tifel jew it-tifla u l-interess tagħhom.

Billi twettaq dan il-ġest żghir, inti tista’ tippermetti li ix-xewqa ta’ dan it-tifel jew tifla fil-bżonn issir realtà.

Ekonomija

Sport