Monday, May 13, 2024

“Ngħallmu t-tfal li ma jeżistux il-mostri… konna żbaljati, għax inti mostru”

Qattiel ta’ familja sħiħa jibki fil-Qorti … Il-ġurija ssibu ħati

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ġurija fi Houston sabet ħati lir-raġel li l-awtoritajiet qalu li spara fuq u qatel tmien membri ta’ familja, inklużi sitt itfal, wieħed minnhom ibnu stess. L-attakk stil ta’ eżekuzzjoni seħħ fl-2015 meta David Conley daħal fid-dar tal-eks tfajla tiegħu u beda joqtol bla ħniena lill-membri kollha tal-familja. Deskritt fil-qorti bħala mostru u persuna abbużiva, Conley deher jibki huwa u jisma’ lix-xhieda.

Ftit tal-ġranet qabel l-awtoritajiet Amerikani kienu ħabbru li Conley, li għandu 54 sena, mhuwiex se jingħata sentenza għall-mewt. Huwa għadd ġuri b’rabta mal-imwiet ta’ Valerie Jackson, 40 sena; ir-raġel tagħha Dwayne Jackson, 50 sena; it-tfal tagħhom Nathaniel (13), Dewayne (10), Honesty (11), Caleb (9), Trinity (7) u Jonah (6). 

Nathaniel kien iben Conley stess, frott tar-relazzjoni li kellu ma’ Valerie Jackson, mentri l-koppja Jackson kienu l-ġenituri tal-ħamest itfal l-oħra. Il-vittmi kollha sofrew ġrieħi fatali f’rashom minn arma tan-nar.

L-awtoritajiet qalu li Conely kellu passat kriminali ma’ Valerie Jackson u fl-2013 is-sitt itfal kollha kienu temporanjament ittieħdu mis-servizzi għall-protezzjoni tat-tfal wara allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika u nuqqas ta’ superviżjoni.

Philip Scardino, l-avukat ta’ Conely, fl-2016 kien insista biex il-klijent tiegħu ma jingħatax il-piena tal-mewt minħabba li kien diżabbli mentalment. F’rapport fil-ġurnal “The Chronicle” jingħad li Scardino kien indika li l-klijent tiegħu se jagħmel testijiet psikoloġiċi apposta.

Id-difiża, b’referenza għal sentenzi preċedenti fil-Qorti Suprema Amerikana, qalet li persuni b’diżabbiltajiet intelletwali ma jistgħux jinqatlu. Però, skont l-istess ġurnal, din mhiex l-ewwel darba li l-Conley ipprova jqarraq billi jgħid li għandu problemi ta’ saħħa mentali.

Il-ġuri sabet lil Conley ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ntbagħat għomru l-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ parole.

Sport