Sunday, December 22, 2024

Programm ta’ taħriġ għal sewwieqa subien u bniet bejn it-8 u t-18-il sena

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

It-Tnejn u Tlieta 11 u 12 ta Lulju, il-Malta Motorsport Federation (MMF), bl-appoġġ tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi (FIA), qed terġa’ tniedi l-Young Drivers Program.

Il-karting hija l-aktar dixxiplina li tiffaċilita dħul għal karriera fl-isport tal-karozzi li waslet għall-akbar stilel tad-dinja tal-isport. Il-karting jintuża mit-timijiet il-kbar biex jakwistaw talent żagħżugħ, għalhekk is-sewwieqa jridu juru dixxiplina assoluta lejn l-aspetti kollha tal-karting jekk iridu jaqbdu din il-karriera.

Il-Programm ta’ Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ huwa għal subien u bniet ta’ bejn it-8 u t-18-il sena li huma medikament tajbin għal dan l-isport. L-applikanti magħżula se jiġu ppreparati, appoġġjati u ggwidati għall-ewwel tiġrijiet tal-kart tagħhom.

Wara li jtemm il-kors, kull parteċipant jieħu ċertifikat tal-FIA permezz tal-MMF u l-possibbiltà li jkollu ċ-ċans għal esperjenza ġdida ta’ karting barra minn Malta.

Matul il-jumejn ta’ taħriġ intens, il-parteċipanti se jitgħallmu dwar, Stil ta’ Ħajja, Ġestjoni tal-Karriera, Taħriġ dwar kif jaħdem il-moħħ, Nutrizzjoni, Tekniki ta’ Sewqan, u l-Valuri ta’ ħidma flimkien bħala tim jew familja filwaqt li jitgħallmu dwar l-isports u l-fair play f’ ambjent kompetittiv.

Il-parteċipanti se jtejbu u jitgħallmu ħiliet ġodda biex isiru aktar veloċi u jieħdu deċiżjonijiet aħjar. Karting huwa dwar reazzjoni u kemm jista wieħed jimmanuvra malajr madwar avversarji u jidderieġi madwar ostakli mhux mistennija. Il-bini tal-kunfidenza, jeħtieġ ħafna prattika, u huwa dan li joffri l-Young Drivers Program.

Il-karting jgħallem kif tirbaħ u titlef bi grazzja. L-adattament biex atleta ma jaqtax qalbu jew jirrabja huwa essenzjali biex issir l-aqwa sewwieq, u dan għaliex, sfortunatament, anke l-aqwa sewwieqa kultant jitilfu!

l-isport tal-karozzi huwa sport imprevedibbli, u wieħed qatt ma jista’ jkun jaf kif ser jaġixxu l-kompetituri jew meta se jiltaqa’ ma’ ostaklu mhux mistenni, speċjalment meta jsuqu f’ċirkwiti differenti. Iktar ma wieħed jiffaċċja diffikultajiet u jimmaniġġa dak mhux mistenni, iktar ikun faċli li jadatta ruħu għal ambjent ġdid – kemm fuq waqt it-tellieqa kif ukoll barra!

Il-Young Drivers Training Program jibda mill-bidu net u iwassal lill-parteċipanti għat-tlielaq u jwassal lilhom għarfien komprensiv. It-tfal jitgħallmu jimmaniġġjaw is-suċċess u l-falliment. Bl-istess mod, għandhom jifhmu li s-suċċess huwa riżultat ta ‘xogħol iebes.

Matul il-programm jintużaw karts professjonali, b’sigurtà massima għall-parteċipanti kollha. Barra minn hekk, il-karting jiftaħ opportunitajiet għal sports bil-karozzi ieħor u joffri saħħa u ħila li teħtieġ mis-sewwieqa. Għalhekk, is-sewwieqa jridu jiżguraw li jieħdu rutini ta’ taħriġ tajbin biex jikkompetu fl-ogħla livell u jibqgħu ħielsa minn korrimenti fil-proċess.

Ekonomija

Sport