Sunday, December 22, 2024

Projbizzjoni fuq l-e-kick scooters minn Marzu

Aqra wkoll

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia ħabbar kif fl-ewwel ta’ Marzu tas-sena d-dieħla se tidħol fis-seħħ il-projbizzjoni fuq il-kiri ta’ e-kick scooters. 

Fi stqarrija ġie sostnut kif minkejja dan l-użu tal-e-kick scooters privati xorta se jkun permissibbli skont il-liġi li hemm fis-seħħ. Dan se jkun possibbli hekk kif il-gvern se jkun qiegħed jintroduċi inċentivi li jħeġġu lil min jixtieq juża dan il-mezz ta’ trasport biex ikollu l-e-kick scooter personali. 

L-għan se jkun li l-użu tal-e-kick scooters isir b’mod iktar responsabbli u b’inqas inkonvenjent għall-komunitajiet u n-nies, li minkejja ż-żieda fl-infurzar u l-multi, baqgħu isofru min inkonvenjent ikkawżat minn e-kick scooters tal-kiri. 

Ekonomija

Sport