Monday, May 13, 2024

Aktar suċċessi għal Zachary David

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru, is-sewwieq tat-Tlielaq tal-F4 Zachary David saq b’suċċess fil-finali tal-Kampjonat Taljan tal-F4 ta din is-sena f’Vallelunga. Fi tmiem il-ġimgħa, David akkwista żewġ podji oħra bħalha Rookie, fejn spiċċa l-Kampjonat fit-tielet post.

Il-Filippin bbażat f’Malta dar iċ-ċirkwit ta’ 4.085 km, f’1:34.082, minuta waqt l-ewwel sessjoni, dan fisser li David seta’ jibda mill ħames posizzjoni fuq il-grid. Għalkemm tejjeb il-ħin għal 1:33.983 David xorta tilef tlett postijiet biex issa beda mit-tmien post.

Bidu tajjeb ħafna u veloċi fit-tielet tiġrija poġġa lil David fil-ħames posizzjoni, waqt it-tellieqa niżel għas-seba posizzjoni u reġa’ avvanza għas-sitt posizzjoni fl-aħħar dawra. B’hekk kiseb it-tieni post fuq il-podju tal-klassi Rookie.

Meta wieħed iħares lura lejn l-istaġun 2023 tal-Kampjonat Taljan tal-F4, iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena għalaq b’erba’ podji ġenerali, żewġ rebħiet u għaxar podji fil-Kategorija Rookie. Il-prestazzjoni ta’ David poġġietu fis-7 post fost is-sewwieqa kollha u fit-3 fil-punti tas-sewwieqa ġodda.

Zachary David qal: “Dan huwa l-aqwa tmiem il-ġimgħa li kellna mill-waqfa tas-sajf. Għalkemm ma kienx tajjeb kif mistenni, xorta ninsab kuntent bir-riżultati tiegħi. Hekk kif jintemm l-ewwel staġun sħiħ tiegħi f’single seaters, jien kkuntent ħafna b’dak li ksibt f’grid daqshekk kompetittiv. Kien hemm mumenti li konnha fil quċċati u oħrajn, għandi aktar spazju biex nitjieb, imma jien kunfidenti li dan l-istaġun għamilni sewwieq aktar b’saħħtu għall li ġej.”

Dawk li jixtiequ jsegwu lil Zachary David jistgħu jagħmlu dan fuq ZachdavidRacing fuq Facebook, @zachdavidracing fuq Instagram, u @zachdavid.racing fuq TikTok.

Sport