Monday, May 13, 2024

Ibburdjar: Lisa R tirbaħ Yachting Malta Coastal Race

Aqra wkoll

Il-Yachting Malta Coastal Race seħħet f’kundizzjonijiet mill-aqwa illum, 19 ta’ Ottubru. B’riħ tajjeb u xemx sħuna pprovdew opportunità perfetta biex il-flotta tkun ippreparata għar-Rolex Middle Sea Race li ġejja, li tibda nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru.

Wara l-korrezzjoni tal-ħin tal-IRC ir-rebbieħ ġenerali b’ distakk ta 53 sekonda biss kien il-jott Lisa R ta’ Giovanni Di Vincenzo mill-Italja li kkompeta fl-IRC 3. It-tieni fil klassifika ġenerali u rebbieħ tal-IRC 2 kien il-jott Chocolate 3 ta’ Francois Bopp. Ir-rebbieħa tal-klassi jinkludu Lion’s Story ta’ Valentin Oeru mir-Rumanija (IRC 4), il-Malti Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin (IRC 5), u Vivace ta’ Andrew Agius Delicata wkoll minn Malta (IRC 6).

Riżultati tat-Tlielaq:

https://myrmyc.rolexmiddlesearace.com/raceresults/ac740d85-8778-4de1-a86b-9d69aa1a6b52?divisionId=e59af2e2-e31f-4511-8cfc-63d6fa0a7809-9dccce-aaa1a6b52 69fa5a7536e&t=0

Il-kaptan ta’ Lisa R, Francesco Bertone, ikkummenta: “Verament ridna li jkollna tlielaq tajba qabel it-tiġrija tas-Sibt. Fil-fatt, organizzajna l-ekwipaġġ f’sistemi ta’ tliet għasses, minkejja li din it-tellieqa kienet qasira. Dan ippermettilna ntellqu bil-mod kif se nagħmlu għar-Rolex Middle Sea Race.”

Il-jott Warrior Won ta’ Chris Sheehan ħa l-unuri tal-linja, u temm il-korsa ta’ 29 mil f’3 sigħat 24 minuta u 41 sekonda.

Iċ-ċermen tal-Yachting Malta, l-Onor. Chris Agius, kien pront jifraħ lill-parteċipanti kollha: “It-tellieqa tal-lum kienet tassew avveniment internazzjonali b’rebbieħa tal-klassi minn erba’ pajjiżi wrew l-appell u importanza tagħha. Iġibilna sodisfazzjon kbir li tant ekwipaġġi kellhom l-opportunità li jesperjenzaw il-kundizzjonijiet Maltin u jgawdu l-xenarju mill-isbaħ tul il-kosta tal-gżira. Nawgurawlhom tellieqa mill-aqwa għat-tellieqa tas-Sibt.”

L-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race tibda mill-Port il-Kbir, il-Belt Valletta nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru. Il-Kopertura diretta tibda fl-1030 CEST, b’kummentarju bl-Ingliż imqassam fuq Facebook u YouTube u appoġġjat minn Yachting Malta. Kummentarju bil-Malti se jixxandar fuq TVM.

Il-premjijiet tal-Yachting Malta Coastal Race se jingħataw waqt l-għoti tal-premjijiet finali nhar is-Sibt, 28 ta’ Ottubru.

Sport