Thursday, December 26, 2024

Project Green ġabret 30 tunnellata ta’ skart goff minn erba’ siti

Aqra wkoll

Project Green ġabret xejn inqas minn 30 tunnellata ta’ skart goffminn erba’ siti differenti li qabel kienu allokati għal żvilupp u issa se jinbidlu fi spazji miftuħa għal kulħadd. Fost affarijiet oħra, il-materjal li nġabar ivarja minn skart ta’
kostruzzjoni għal skart talplastik u biċċiet tal-għamara.

Ħafna minn dan il-materjal setgħu faċilment ittieħdu f’ċentri għall-iskart goff jew
mormija permezz tas-servizzi offruti mill-Kunsilli Lokali,
minflok intremgħu illegalment.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, żaret lill-ħaddiema ta’ Project Green li bħalissa qegħdin ilestu dawn is-siti
f’Ħal Lija, Ħal Luqa, Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan u Ħal Kirkop, bi preparazzjoni għat-trasformazzjoni ta’ dawn is-siti fi spazji pubbliċi.

B’kollox, Project Green se tirriġenera 8,000 metru kwadru ta’ art f’żoni residenzjali li qabel kienu immarkati għall-iżvilupp. Min-naħa tagħha l-Ministru Dalli spjegat li, “dawn is-siti se jkunu qegħdin joffru spazju mħaddar ġdid ftit passi mid-djar ta’ madwar 7,000 familja. Fuq art fejn ilpjan lokali jippermetti li jinbnew madwar 30 blokka ta’ appartamenti, se nkunu qegħdin niżviluppaw spazji siguri għan-nies u nħaddruhom b’siġar u pjanti oħra indiġeni. Inħares ’il quddiem biex ix-xogħol ikompli miexi kemm fuq dawn is-siti kif ukoll fuq l-ispazji l-oħra li Project Green qiegħda taħdem fuqhom,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Waqt iż-żjara hija rringrazzjat lill-ħaddiema għaxxogħol li qegħdin jagħmlu
biex fl-iqsar żmien possibbli Project Green tellqet il-proċess fuq dawn l-erba’ spazji.

Il-Perit Beverly Costa, Chief Operations Officer talAġenzija, spjegat kif l-aġenzija qiegħda taħdem fuq id-disinji tas-siti ħalli jiġu ppreżentati lill-Awtorità talIppjanar. Id-disinji tas-siti se jkunu wkoll ippreżentati lillKunsilli Lokali rispettivi
għal aktar konsultazzjoni.

“L-involviment tal-Kusilli Lokali u li nifhmu l-ħtiġijiet tal-pubbliku huma ta’
importanza kbira fl-isforzi tagħna. Aħna impenjati li nittrasformaw dawn is-siti fi
spazji pubbliċi li jimxu maxxewqat tal-komunità, filwaqt li ntejbu l-kwalità talħajja tagħhom,” temmet Costa.

Ekonomija

Sport