Monday, November 18, 2024

Proprju mill-Ġimgħa, atleti Maltin jibdew jikkompetu fil-Commonwealth Games

Aqra wkoll

Wara l-wasla tal-atleti Maltin, f’Birmingham, għal-Logħob tal-Commonwealth, huma mill-ewwel bdew bil-preparamenti hekk kif il-Ġimgħa bosta minnhom se jkunu fl-azzjoni.

L-ewwel li ser jibdew se jkunu t-triatleti Danica Bonello Spiteri u Keith Galea li se jkunu qed jikkompetu fil-korsa tal-isprint distance. Din hija t-tieni esperjenza tagħhom fil-Logħob tal-Commonwealth,  it-tnejn ħadu sehem fl-ediżżjoni tal-2014. It-tnejn jiffaċċjaw kamp iebes ta’ triatleti fosthom il-rebbieħa tal-Midalja tad-Deheb f’Tokjo 2020 u l-Logħob tal-Commonwealth 2018 Flora Duffy u l-atleti Olimpiċi Georgia Taylor Brown, Alex Yee u Henri Schoeman.

Il-Ġimgħa se tara wkoll il-familja Rixon – Connie, Rebecca u Rosemary jingħaqdu ma’ Irene Attard biex jikkompetu fil-Lawn Bowls fl-avveniment tan-Nisa erbgħa. Il-Familja Rixon kienu rebħu il-medalja tal-Bronż fl-ediżżjoni li-għaddiet.  Huma ttellgħu biex jikkompetu kontra l-Malasja, il-Gżira Norfolk u l-Irlanda ta’ Fuq. Intant it-tim tat-triple tal-irġiel, li jikkonsisti minn Peter Ellul Troy Lorimer u Shaun Parnis se jibdew jilagħbu wkoll kontra l-Iskozja New Zealand u l-Indja.

Familja oħra se tirrappreżenta lil Malta fl-Isquash. L-aħwa Sultana Kijan u Lijana Sultana, flimkien ma’ Niall Engerer se jkunu qed jagħmlu d-debutt tagħhom fil-Commonwealth. Sultana u Engerer se jilagħbu kontra xulxin fir-rawnd tal-ftuħ. Min jirbaħ il-logħba se jkollu jiffaċċja Paul Coll, l-aqwa seed ta’ New Zealand u numru 2 fid-dinja. Fil-poloz tan-nisa, it-tielet membru tal-familja Sultana, Colette ingħatat bye fl-ewwel rawnd u se tipproċedi għat-tieni rawnd. Lijana Sultana tiffaċċja lill-player ta’ Trinidad and Tobago Charlotte Knaggs.

Team Malta se jkun qed jikkompeti f’disa’ dixxiplini differenti u rappreżentat minn 28 atleta fil-Logħob li se jsir bejn il-Ġimgħa u d-9 ta’ Awwissu. Malta se tkun qed tieħu sehem fl-atletika, badminton, ċikliżmu, judo, lawn bowls, squash, triathlon, weightlifting, u lotta.

Ekonomija

Sport