Sunday, December 22, 2024

Protesta kontra l-ilbies tal-maskri għat-tfal fl-iskejjel

Aqra wkoll

Grupp ta’ nies dalgħodu nġabru quddiem il-Ministeru għas-Saħħa fil-Belt Valletta biex jipprotestaw kontra l-obbligu li t-tfal jibqgħu lebsin il-maskri fl-iskejjel. Din il-protesta ġiet organizzata mill-Moviment Libertà, Europeans United Malta u Primum non Nocere. 

Waqt li saħqu li l-protesta qed issir f’isem it-tfal, id-dimostranti qalu li ilhom “jiġġieldu” sa minn Settembru li għadda iżda l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jibqgħu jirrifjutaw milli jneħħu l-obbligu tal-maskri fl-iskejjel. 

Huma staqsew ukoll għalfejn qed jiġu permessi attivitajiet tal-massa politiċi u coffee mornings imtellgħin minn diversi politiċi mingħajr l-użu tal-maskri u fl-istess ħin it-tfal għandhom jibqgħu bil-maskri fil-klassijiet għal ħin twal.

Id-dimostranti tennew li se jibqgħu jiġġieldu sakemm jitneħħew il-maskri fl-iskejjel. Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-għaqdiet imsemmija kellhom ukoll laqgħa mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika f’dan ir-rigward iżda ma kien intlaħaq l-ebda ftehim.

Ritratti: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport