Sunday, December 22, 2024

Protesta minn nisa Russi kontra l-immobilizzar ta’ żwieghom fil-gwerra mal-Ukrajna

Aqra wkoll

F’Moska qed iseħħu affarijiet mhux komuni. Dan hekk kif grupp ta’ nisa qegħdin jikkritikaw pubblikament lill-awtoritajiet Russi minħabba li żwiieġhom huma fost it-300,000 riservisti li ġew mobilizzati mill-President Russu Vladimir Putin għall-gwerra fl-Ukrajna. 

Huma qed jistaqsu meta l-irġiel tagħhom se jitqiesu li wettqu d-dmirijiet militari tagħhom u jekk humiex se jirritornaw lura d-dar b’xi forma ta’ diżabilita. In-nisa ffurmaw grupp fil-midja soċjali imsejjaħ The Way Home. 

Fir-Russja, il-kritika pubblika ta’ kull ħaġa relatata mal-gwerra iġġorr magħha riskju kbir. Tant hu hekk, li ħafna mill-kelliema jagħżlu kliemhom b’attenzjoni u joqogħdu attenti xi jgħidu. 

Dawn jafu li fir-Russja, hemm sensiela ta’ liġijiet stretti għal min jikkritika fil-pubbliku lill-awtoritajiet tal-pajjiż. 

Ekonomija

Sport