Sunday, November 10, 2024

Pruvat iċċempel id-911 u l-aggressur ħalla lill-akbar ħabiba li kellha miksija bid-demm tagħha

Aqra wkoll

“Iċ-ċkejkna tagħna spiċċat f’għadira demm hi u tipprova ċċempel għall-għajnuna wara li l-aggressur feġġ fl-iskola tagħhom”. Iddikjarat dan Berlinda Irene Arreola li tiġi n-nanna ta’ Amerie Jo Garza li hija waħda minn fost id-19-il vittma tal-massakru f’Uvalde f’Texas.

L-aggressur, Salvador Ramos ta’ 18-il sena, saħansitra spara fuq nanntu u ħalliha f’qagħda kritika qabel ħabat bil-karozza viċin l-iskola li fiha wettaq il-massakru.

Berlinda rrakkuntat mal-midja barranija li n-neputija tagħha kienet qiegħda ċċempel d-911 wara li l-aggressur daħal fil-klassi u qalilhom li kien se joqtolhom.

L-aggressur induna bil-mossa tat-tifla u minflok ħadilha l-mowbajl għażel li jisparalha u f’dan l-att makabru, l-akbar ħabiba li kellha spiċċat miksija bid-demm tagħha.

Aktar tard l-aggressur ġie mwaqqaf, iżda sadanittant, grupp ta’ tfal oħra sfaw midrubin fi skambju ta’ tiri sparati bejn l-aggressur u uffiċjali li intervjenew biex iwaqqfuh.

Sport