Saturday, May 4, 2024

Raġel arrestat wara li nstab fil-pussess tad-droga f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Il-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun arrestat raġel ta’ 31 sena, residenti Ħal Tarxien wara li nqabad b’sustanza suspettata droga kokaina, allegatament biex tkun ittraffikata. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:30am meta waqt ronda li l-Pulizija kienu qegħdin jagħmlu fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, innotaw vettura Peugeot 208 tinstaq b’mod suspettuż u għalhekk segwewha lejn Triq il-Barbazza, f’Ħal Għaxaq stess u waqqfuha. 

Waqt tfittxija li saret fil-vettura, f’kontenitur tal-metall il-Pulizija sabet ħames qratas suspettati bid-droga kokaina, waqt li f’basket instabu żewġ armi li jaqtgħu u bil-ponta, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti. Wara saret tfittxija fir-residenza tar-raġel fejn instabet aktar sustanza suspettuża, allegatament kannabis. 

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali l-Furjana għal aktar investigazzjonijiet. 

Sport