Sunday, May 19, 2024

Il-Bank of Valletta Jiċċelebra ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Premier

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed jiċċelebra t-13-il titlu ta’ Hibernians fl-istorja tagħhom bil-publikazzjoni ta’ poster kommemorattiv li juri l-iskwadra sħiħa tal-Hibs.

Charmaine Busuttil, Manager tal-Fergħa ta’ Raħal Ġdid tal-Bank of Valletta ppreżentat l-ewwel kopja tal-poster lill-President ta’ Hibernians’ Football Club Ranier Bezzina fil-preżenza ta’ uffiċjali tat-tim u plejers.

Il-Bank of Valletta bi pjaċir qed jiċċelebra s-suċċess ta’ Hibernians b’din it-tifkira esklussiva li tippermetti lill-partitarji leali tagħhom jiftakru din ir-rebħa fis-snin li ġejjin,’ qalet Charmaine Busuttil.

‘L-appoġġ tal-Bank of Valletta għall-attivitajiet sportivi ewlenin fil-Gżejjer Maltin jifforma parti mill-impenn tagħna għall-Ambjent, Soċjali u Governanza (ESG) bħala membru responsabbli tal-komunità li noperaw fiha.’

Numru limitat ta’ posters kommemorattivi huma disponibbli mill-Fergħa tal-Bank of Valletta f’Raħal Ġdid kif ukoll mill-Hibernians Football Club.

Sport