Thursday, December 26, 2024

Pulizija Ingliżi msejħin 30 darba f’xahar fl-istess dar minħabba ksur tal-kundizzjonijiet tal-lockdown

Aqra wkoll

Użat avviż legali li ssoltu jingħalqu bih il-klabbs u l-pubs

Il-Pulizija f’Cheshire ġew imsejħin għal 30 darba f’xahar minħabba ksur tal-kundizzjonijiet tal-lockdown. Jidher li dawn l-uffiċjali b’mod ripetut kellhom iżuru din il-proprjetà f’Widnes peress li gruppi ta’ nies kienu qed jinġabru għal festini li jdumu ġranet sħaħ.

Wara li ngħataw diversi multi bħala deterrent, issa l-Pulizija ddeċidew li jagħlqu d-dar permezz ta’ avviż legali li normalment jintuża biex jingħalqu pubs u klabbs li jkunu problematiċi. 

Dan ifisser li s-sid tal-proprjetà se jkun qed iwettaq reat u jiffaċċja sitt xhur ħabs, jekk xi ħadd ħieħor jinstab f’din id-dar matul it-tliet xhur li ġejjin. 

Hu maħsub li din hi l-ewwel darba li ttieħdet miżura hekk drastika kontra proprjetà domestika b’rabta mal-pandemija. 

Ekonomija

Sport