Monday, November 11, 2024

Pumpier jegħreq wara li pprova jsalva lil bintu f’bajja fi New York

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Missier li kien ilu 15-il sena jaħdem bħala pumpier mad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar fi New York, tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jipprova jsalva lil bintu milli tegħreq f’bajja fi New York stess.

Il-każ seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa, hekk kif Mark Barista, ta’ 39 sena minn Teaneck, New Jersey, ipprova jsalva lil bintu ta’ 15-il sena f’Jersey Shore.

Diversi membri tas-salvataġġ, l-hekk imsejjħa ANSWER, issejħu fil-Bajja ta’ Sylvania Avenue f’Avon-by-the-Sea għall-ħabta tat-8:30 a.m tal-Ġimgħa filgħodu, fejn salvaw lit-tifla li kienet qegħda ssib diffikultà fl-ilma. Imbagħad hija ġiet ittrasportata lejn iċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Jersey Shore.

Għawwiema tas-salvataġġ minn ANSWER ippruvaw ukoll isalvaw lir-raġel u taw l-assistenza medika fuq il-post u fiċ-Ċentru Mediku tal-Università ta’ Jersey Shore, iżda aktar tard huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-missier kuraġġuż aktar tard ġie identifikat mill-FDNY bħala l-pumpiera veteran Mark Batista. Il-FDNY fi stqarrija fuq Twitter, qalet: “Batista kien impjegat iddedikat li qatta’ 15-il sena jaqdi dmiru fl-FDNY. Ningħaqdu mal-familja tiegħu f’luttu”.

Sport