Wednesday, December 25, 2024

Pumpiera jingħataw għajnuna medika waqt li kienu qed jitfu nirien f’Għawdex

Aqra wkoll

Mill-inqas 4 ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex kellhom jingħataw għajnuna medika filwaqt li wieħed minnhom kellu jidaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar osservazzjoni.

Il-każ seħħ ilbieraħ tard wara nofsinhar meta l-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex ġew informati li kien hemm nirien f’Wied ir-Ragħab li jinsab fil-limiti tal-Għarb.

Minħabba li n-nirien u d-dħaħen kienu ftit qawwija, ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabu ruħhom f’diffikultà tant li kellu jisejjaħ tim mediku mill-Isptar t’Għawdex li mill-ewwel marru b’ambulanza fuq il-post.

Jirriżulta li 3 mill-ħaddiema ngħataw l-assistena medika fuq il-post stess filwaqt li ħaddiema ieħor kellu jiddaħħal l-Isptar. Fortunatament, ħadd ma sofra ġrieħi f’dan l-inċident.

Ekonomija

Sport