Friday, May 17, 2024

Minkejja li tilfu lil binhom tat-twelid baqgħu jagħtu l-għajnuna kontinwa lil Puttinu

… Puttinu Cares b’messaġġ ta’ ringrazzjament lil koppja Solange u Antonie

Aqra wkoll

Li titlef persuna tant speċjali f’ħajtek hija ferm iebsa. Din kienet is-sitwazzjoni tal-koppja Solange u Antione, hekk kif ftit tal-jiem wara li twieled iċ-ċkejken Juan, il-professjonisti irrealizzaw li huwa kellu tumur u sfortunatament ftit tal-ġimgħat wara huwa ħalla din id-dinja.

Minkejja l-esperjenza ta’ uġiegħ ta’ qalb, il-koppja baqgħet taqdi dmirijietha lil diversi familj u staff ġewwa r-Rainbow Ward li hemm fl-Isptar Mater Dei. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, Puttinu Cares irringrazzjaw lil din il-koppja li dejjem raw kif se jkunu ta’ faraġ għal dawk li għaddejjn esperjenza simili bħal ma għaddew huma.

Fl-istess messaġġ, intqal li l-koppja dejjem raw li jibqgħu jagħmlu l-ġid bil-kollaborazzjoni tagħhom u li Puttinu Cares jinsabgrat tal-għajnuna kollha mogħtija mingħandhom. Puttinu Cares temmew dan il-messaġġ billi qalu lil din il-koppja li bħalissa Juan jinsab kburi ħafna bihom.

Sport