Sunday, December 29, 2024

Putin imħeġġeġ iżomm “negozjati diretti u serji” ma’ Zelensky 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-mexxejja tal-Ġermanja u Franza ħeġġew lill-President Russu Vladimir Putin sabiex iżomm “negozjati diretti u serji” mal-President Ukren.

Ġie rrappurtat li Emmanuel Macron u Olaf Scholz tkellmu ma’ Putin bit-telefon għal madwar 80 minuta. Huma nsistew għal waqfien mill-ġlied u l-irtirar tat-truppi Russi.

Skont il-Kremlin, il-mexxej Russu qal li Moska kienet miftuħa biex terġa’ tibda d-djalogu ma’ Kyiv. Iżda ma semmietx il-possibilità ta’ taħditiet diretti bejn Putin u Volodymyr Zelensky.

Aktar qabel, il-President Ukren qal li ma kienx “ħerqan” għal taħditiet, iżda sostna li dawn x’aktarx ikunu meħtieġa biex il-kunflitt jiġi fi tmiemu. 

Mindu bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna fl-24 ta’ Frar, saru diversi laqgħat bejn id-delegazzjonijiet Russi u Ukreni, b’dan però jidher li t-taħditiet waqfu dan l-aħħar.

Sadanittant, Franza u l-Ġermanja ħeġġew ukoll lil Putin biex jeħles 2,500 ġellied Ukren meħuda bħala priġunieri fl-impjant tal-azzar Azovstal f’Mariupol. 

Ekonomija

Sport