Friday, March 6, 2026

Puttinu Cares jgħid li l-proġett il-ġdid ta’ Londra miexi ‘l quddiem

Aqra wkoll

Għal aktar minn 20 sena, Puttinu Cares tat appoġġ u għajnuna meħtieġa lil pazjenti Maltin u Għawdxin li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit għall-kura. 

Kull xahar, bejn 60 u 90 pazjent iridu jfittxu kura medika f’Londra. Dawn sfortunatament mhux biss jiffaċċjaw mard serju iżda wkoll jaffaċjaw ruħhom mal-ispiża għolja tal-akkomodazzjoni, li tista’ tilħaq eluf ta’ ewro.

Biex ittaffi dan il-piż, Puttinu Cares diġà pprovdiet mal-20 appartament ħdejn l-Isptar Royal Marsden f’Sutton. Issa, bl-appoġġ tal-Maltin u l-Għawdxin, irnexxielhom jixtru proprjetà 10 minuti ‘l bogħod minn Russell Square ħdejn l-Isptar Great Ormond Street fiċ-Ċentru ta’ Londra. 

Puttinu rnexxielha wkoll tapplika u ngħatat permess għall-ippjanar għal estensjoni ta’ dan il-bini b’sular ieħor. Dan l-avveniment importanti, li darba kien maħsub impossibbli, kien possibbli permezz ta’ ħafna perseveranza u dedikazzjoni minn tim li ħadem bla heda biex jipprovdi lil aktar familji b’post fejn joqogħdu, BLA ĦLAS. 

Fi stqarrija, Puttinu tenniet tgħid; “Issa qed inżidu 29 appartament ieħor fiċ-Ċentru ta’ Londra u b’hekk it-total jitla’ għal 49 appartament bla ħlas! Dan il-bini ġdid fiċ-Ċentru ta’ Londra se jissejjaħ f’ġieħ il-mibki Dr. Victor Calvagna, li l-kompassjoni u d-dedikazzjoni tiegħu biddlu tant ħajjiet”.

Puttinu għandu bżonn l-għajnuna tiegħi u tiegħek sabiex b’hekk jitlesta’ dan il-proġett u jipprovdu dar ‘il bogħod mid-dar għal dawk fil-bżonn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport