Sunday, December 29, 2024

Puttinu hija familja oħra li tilqgħek b’tali mod li qisek qiegħed f’darek

Aqra wkoll

Li tkun ‘il bogħod mill-familjari waqt perjodu ta’ mard mhuwiex faċli. Però, dawk il-pazjenti li xi darba jew oħra ġew bżonn Puttinu Cares, mhux l-ewwel darba li ddeskrivew lil Puttinu bħala “familja”.

“Nikkonferma li l-motto ta’ Puttinu ‘Home Away From Home’ huwa kollu vera. Puttinu hija familja waħda ta’ nurses, tobba, pazjenti, familjari,” stqarret Solange Magri, omm Juan, f’kitba li ttellgħet fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares. Hija ltaqgħet mal-familja ta’ Puttinu fl-aħħar ġimagħtejn ta’ ħajjet binha.

L-omm faħħret il-mod qalbieni li laqagħhom bih il-mibki Dr Calvagna meta daħlu fir-Rainbow Ward, kif ukoll il-fatt li Angele u Rennie – il-mexxejja ta’ Puttinu – kienu sors ta’ kumpanija frekwenti f’dan iż-żmmien tant diffiċli.

Filwaqt li tirrikonoxxi li m’hemm l-ebda garanzija li kull individwu illi jibbenefika mill-għajnuns ta’ Puttinu se jkollu storja ta’ suċċess bilfors, hija ssostni li matul il-battalja diffiċli kontra l-mard Puttinu qegħdin hemm biex jagħmlulek il-ħajja daqsxejn iktar faċli. Intant, minkejja li binha m’għadux magħna, Solange tinsab grata immens għal kull nitfa sapport li rċevew minn din l-entità.

Ekonomija

Sport