Tuesday, March 3, 2026

“Puttinu kien dejjem hemm kull meta kellna bżonn l-appoġġ”- il-ġenituri ta’ Tessa

Aqra wkoll

“Puttinu kien dejjem hemm kull meta kellna bżonn l-appoġġ. Tessa ħallietna fis-16 ta’ Novembru. Suppost kellha tivvjaġġa lejn ir-Renju Unit fl-aħħar ta’ Novembru għal operazzjoni tat-trakeostomija, iżda sfortunatament dan qatt ma ġara.
Matul dak iż-żmien diffiċli ħafna, Puttinu tana s-serħan tal-moħħ billi pprovdiet appartament għall-familja tagħna”.

Dan kien il-messaġġ li waslsu l-ġenituri taċ-ċkejkna Tessa. Huma qalu; “Li nkunu nafu fejn se noqogħdu neħħielna piż kbir minn fuq spallejna u għenna niffokaw kompletament fuq Tessa. Matul ħajjitha, kull meta konna mmorru l-Isptar Great Ormond Street, Puttinu kien dejjem hemm biex jappoġġjana finanzjarjament”.

Spjegaw li Puttinu għenu bit-tagħmir meta terapisti mill-Belġju ġew Malta. Temmu jgħidu; “Qatt ma nistgħu nirringrazzjaw biżżejjed lil Puttinu għall-appoġġ, il-kura u l-ġenerożità kostanti tagħhom. Dejjem se nkunu grati ħafna”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport