Madwar 150,000 pillola perikoluża nqabdu mill-pulizija fl-ikbar rejd li sar għal opjojdi sintetiċi fir-Renju Unit. Il-Pulizija għamlet din l-akbar qabda ta’ opjojdi sintetiċi f’sensiela ta’ rejds li wasslu għal 11-il arrest.
Dan l-ammont ta’ droga msejjħa Nitazene nstabu f’Waltham Forest, fl-Ilvant ta’ Londra, f’fabbrika li kienet twaqqfet biex timmanifattura l-pilloli. Aktarx li d-droga maqbuda kienet qed tinbiegħ fuq is-siti tad-dark web.
Waqt ir-rejds, instabu wkoll diversi drogi oħra tal-klassi A u B, piistola u magna li tagħfas il-pilloli, aktar minn 60,000 ewro fi flus kontanti u 8,000 ewro f’munita-kripto maħżuna fuq hard drivers tal-kompjuters. Is-sensiela ta’ rejds saru f’Enfield, fit-Tramuntana ta’ Londra, fl-24 ta’ Ottubru.
Madwar 11-il persuna ġew arrestati bejn il-21 ta’ Awwissu u l-21 ta’ Novembru u kollha huma akkużati b’konfoffa biex jipprovdu droga ta’ klassi A u B. Il-Pulizija li mexxiet l-investigazzjoni, fissret li l-opjojdi sintetiċi instabu f’lottijiet f’Londra u madwar ir-Renju Unit