Saturday, December 28, 2024

Qabda ta’ €190,000 fi flus mhux dikjarati li kienu se jinħarġu minn Malta llegalment

Aqra wkoll

Id-Dwana ta’ Malta kompliet twettaq b’suċċess il-ġlieda tagħha kontra l-ħruġ illegali minn pajjiżna ta’ ammonti ta’ flus ta’ iktar minn dak stipulat fil-liġi. Din l-effettivita tirriżulta mill-fatt li d-Dwana ta’ Malta sikwit tinterċetta persuni li jkunu qed iġorru fuqhom ammonti ta’ flus mhux dikjarati.

Fil-fatt, uffiċjali tad-Dwana fl-ajruport fil-jiem li għaddew wettqu b’suċċess operazzjonijiet li fihom irnexxielhom jaqbdu madwar €190,000 fi flus kontanti li kienu se jinħarġu minn Malta llegalment. Dawn il-flus inqabdu fuq persuni barranin.

Fl-ewwel każ l-uffiċjali tad-dwana intercettaw raġel mis-Somalja li kien se jaqbad titjira lejn it-Turkija li kien se jipprova joħroġ minn Malta  somma flus li tlaħħaq €165,548. Dawn kienu moħbijin fil-bagalja li kien qed iġorr f’idu li fiha nstabu €10,548 filwaqt li fil-bagalja li kien għadda ‘fiċ-check-in’ instabu €155,000 oħra. Dan meta huwa ddikjara li kellu fuqu biss $1,600.

F’żewġ każi oħrajn, id-Dwana permezz tal-klieb imħarrġin apposta li għandha rnexxielha taqbad ukoll Marokkin li fuqu kellu €11,055 fi flus mhux dikjarati u €15,000 oħra li nstabu fuq passiġġier Eġizzjan.

Ekonomija

Sport