Wednesday, April 24, 2024

Mara Afgana twelled tarbija abbord titjira ta’ evakwazzjoni

Aqra wkoll

Mara Afgana, li kienet evakwata minn qalb il-kaos li għaddej bħalissa f’pajjiżha, welldet tarbija abbord it-titjira ta’ evakwazzjoni. Il-Forzi tal-Ajru tal-Istati Uniti qalu li l-omm kienet abbord titjira destinata lejn l-Bażi tal-Ajru Ramstein ġewwa l-Ġermanja. It-tarbija hija tifla.

L-uffiċjali tal-armata Amerikana qalu li immedjatament hekk kif l-ajruplan għamel l-inżul, għadd ta’ ħaddiema mediċi telgħu fuq l-ajruplan u għenu lill-omm twelled it-tarbija abbord l-ajruplan stess. L-omm u t-tarbija jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba. 

Jidher li f’punt minnhom waqt il-vjaġġ il-mara tqila bdiet tesperjenza “kumplikazzjonijiet” u l-pilota kellu jnaqqas l-altitudni tal-ajruplan biex iżid il-pressa tal-arja abbord. Skont l-istqarrija “dan għen biex stabbilizza u salva l-ħajja tal-omm.”

Sport