Saturday, December 21, 2024

”Qabel nibdew ingergru fuq kemm iddejjaqna ġewwa, naħsbu f’dawk li qegħdin fuq quddiem jaħdmu” – Il-Ministru Ian Borg

Aqra wkoll

Preżentament huma ħafna li minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-COVID-19, qegħdin jaħdmu mid-dar. Għalhekk qed iqattgħu aktar ħin prezzjuż mal-familjari tagħhom. Minkejja li forsi qegħdin nqattgħu aktar ħin mal-familjari tagħna, mhux l-ewwel darba li naqbdu ngergru għax ilna ma’ noħorġu niltaqgħu ma’ sħabna.

Fid-dawl ta’ dan, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, tefa’ ritratt ħelu maċ-ċkejkna tiegħu waqt li kien qiegħed għaddej fuq xogħlu. Ma’ dan ir-ritratt, il-Ministru Borg appella biex qabel ma ngergru “fuq kemm iddejjaqna ġewwa, naħsbu f’dawk li qegħdin fuq quddiem jaħdmu u jiġġieldu kontra l-virus biex jipproteġuna u allura ma jistgħux iqattgħu dan il-ħin prezzjuż mal-familji tagħhom.”

M’għandhiex xi ngħidu li dan il-messaġġ huwa wieħed li jqanqal fina ċertu ħsibijiet f’mumenti bħal dawn. Huwa tabilħaqq xogħol nobbli li qegħdin jagħmlu l-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa u l-forzi kollha tal-ordni. Ma’ dawn il-ħaddiema trid issemmi wkoll lil dawk li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom qegħdin ikollhom joħorġu minn djarhom u jerħulha għax-xogħol, minkejja l-biża’ li jistgħu jieħdu dan il-virus.

Kif jgħid tajjeb il-Malti, “aħjar uff milli aħħ”.

Ekonomija

Sport