Friday, May 3, 2024

”Il-piż qiegħed inħossu iżda l-kuraġġ u l-fiduċja tal-poplu nħossu aktar” – Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Waqt intervista li kellu fuq it-televiżjoni dwar is-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’pajjiżna, il-Prim Ministru Robert Abela qal li minn wara it-tieni gwerra dinjija lil hawn, dan hu wieħed mill-aktar żminijiet diffiċli. “Il-piż inħossu iżda l-fiduċja u l-kuraġġ tal-poplu nħossu aktar.” Il-Prim Ministru Abela kompla jgħid li minkejja li dan huwa mument diffiċli huwa jinsab kalm u fiduċjuż, “għax ħsibna għaliha minn qabel.”

Huwa kompla jgħid li pajjiżna jinsab ippreparat għal dak li ġej u dan grazzi għall-ħaddiema kollha li qegħdin jaħdmu bla heda biex is-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll. Qal ukoll li “meta jasal il-mument li ngħafsu l-buttuna kollox se jibqa’ jaħdem kif suppost.” 

Meta jasal il-mument li nagħfsu l-buttuna kollox se jibqa’ jaħdem kif support

Il-Prim Ministru Robert Abela

Il-Prim Ministru b’mod umli qal li fil-ħajja kulħadd huwa ndaqs u l-mard jolqot lil kulħadd. “Din hija lezzjoni għall-futur, ħadd ma huma ikbar minn ħaddieħor u kulħadd huwa ugwali. Dan il-prinċipju il-poplu Malti qiegħed jifhmu u jgħożżu.” Kompla jgħid li wara dawn il-ġranet se jkollna futur ferm isbaħ minn dak li diġà kellna.

Huwa kompla jgħid li ħassu urtat li hemm gruppi ta’ nies li jridu “jiskorjaw punti politiċi f’dan iż-żmien sensittiv”, li qed jgħidu li “jien qed nagħmel bil-kontra ta’ Chris Fearne u Profs. Charmaine Gauci. Din hija insensittività li mhux minnha, l-ewwel telefonati tiegħi tal-ġurnata jkunu lill-Profs. Charmaine Gauci u d-Deputat tal-Prim Ministru Chris Fearne.” Il-Prim Ministru Abela, appella lill-Oppożizzjoni biex ma ddaħħalx feles fejn feles mhemmx.”

Sport