Wednesday, August 5, 2026
Home Aktar ”Qabel nibdew ingergru fuq kemm iddejjaqna ġewwa, naħsbu f’dawk li qegħdin fuq...

”Qabel nibdew ingergru fuq kemm iddejjaqna ġewwa, naħsbu f’dawk li qegħdin fuq quddiem jaħdmu” – Il-Ministru Ian Borg

0
699
Il-Ministru Ian Borg flimkien mat-tifla tiegħu waqt ġurnata xogħol mid-dar

Preżentament huma ħafna li minħabba s-sitwazzjoni li ġabet magħha l-COVID-19, qegħdin jaħdmu mid-dar. Għalhekk qed iqattgħu aktar ħin prezzjuż mal-familjari tagħhom. Minkejja li forsi qegħdin nqattgħu aktar ħin mal-familjari tagħna, mhux l-ewwel darba li naqbdu ngergru għax ilna ma’ noħorġu niltaqgħu ma’ sħabna.

Fid-dawl ta’ dan, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, tefa’ ritratt ħelu maċ-ċkejkna tiegħu waqt li kien qiegħed għaddej fuq xogħlu. Ma’ dan ir-ritratt, il-Ministru Borg appella biex qabel ma ngergru “fuq kemm iddejjaqna ġewwa, naħsbu f’dawk li qegħdin fuq quddiem jaħdmu u jiġġieldu kontra l-virus biex jipproteġuna u allura ma jistgħux iqattgħu dan il-ħin prezzjuż mal-familji tagħhom.”

M’għandhiex xi ngħidu li dan il-messaġġ huwa wieħed li jqanqal fina ċertu ħsibijiet f’mumenti bħal dawn. Huwa tabilħaqq xogħol nobbli li qegħdin jagħmlu l-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa u l-forzi kollha tal-ordni. Ma’ dawn il-ħaddiema trid issemmi wkoll lil dawk li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom qegħdin ikollhom joħorġu minn djarhom u jerħulha għax-xogħol, minkejja l-biża’ li jistgħu jieħdu dan il-virus.

Kif jgħid tajjeb il-Malti, “aħjar uff milli aħħ”.