Sunday, December 22, 2024

Qalilha biex tneħħi l-ħwejjeġ ta’ taħt għal “massage speċjali” waqt li messha b’mod indiċenti

Aqra wkoll

Il-Qorti semgħet kif raġel li jaħdem fi spa ta’ lukanda fejn jagħmel ukoll il-massaġġi qal lil klijenta tiegħu li kien se jagħtiha “massage speċjali” meta allegatament messha b’mod intimu.

Harikrishna Manhasseri, żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Indja, wieġeb ħati li wettaq att mhux kunsenswali fuq mara Ingliża. Huwa tressaq il-Qorti wara li l-mara kienet marret tagħmel rapport l-Għassa tal-Qawra fejn sostniet li r-raġel kien messha b’mod mhux xieraq is-Sibt filgħaxija.

Fix-xhieda tagħha, permezz ta’ video conference, il-mara qalet li meta daħlet fil-kamra, l-akkużat talabha tneħħi x-xugaman u toqgħod wiċċa ‘l isfel. Qalet li mbagħad daret wiċċha ‘l fuq u allegatament beda jmissilha sidirha. 

Hija qalet li għalkemm bdiet tħossha skomda, iżda baqgħet siekta għax ħasbet li huwa parti mill-massage. Qalet li wara talabha tneħħi l-ħwejjeġ ta’ taħt iżda hi rrifjutat, bl-imputat jgħidilha li dan kien “massage speċjali” u allegatament beda jmissilha l-parti t’isfel iżda ma kienx hemm penetrazzjoni.

Huwa mbagħad kompla jagħmillha l-massaġġi f’għonqha b’mod aktar goff, iżda reġgħet qaltlu biex jieqaf u wara ħarġet ‘il barra mill-kamra u marret tilmenta mal-manager tal-lukanda li għenha tieħu passi legali.

Manhasseri ammetta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu u tpoġġa taħt probation għal sentejn b’diversi kundizzjonijiet.

Ekonomija

Sport