Fl-aħħar parti tal-intervista, Patri Dijonisju qalilna li “qalli hawn iltqajt maċ-ċkejknin għax nemmen li dan il-pajjiż ċkejken jista’ jkun il-post li ma jkun hawn qatt gwerra u li jkun pont għax ħadd ma jibża’ minnu fejn jista’ kull min jirfes fuqu u kull xogħol li jagħmel hu ma jkunx għal ħaġa oħra ħlief li ma jwassal ebda gwerra imkien imma pont ta’ paċi. L-immigranti il-Papa biss qed jitkellem fuqhom. Issa hu iż-żmien li ssir xi ħaġa bis-serjetà. Sa issa Malta ingħaqdet biex lil dawn iwarrbuhom. Meta kienu bdew ġejjin l-immigranti ma sibt għajnuna mingħand ħadd. F’Ta’ Kandja kien hemm 120 maqfula f’kamra żgħira tojlit wieħed. Kienu spiċċaw qed iqattgħu lilhom infushom. Mara qed twelled jeħduha b’idejha marbutin. Hekk kienu. Għedt nagħmilha l-kawża biex ma jintbagħtux lura. Ma sibt lil ħadd. L-avukat George Abela għenni. U irbaħtha u qatagħha li ma jistgħux jibagħtuhom lura.”
Fr Dijonisju ma jonqosx li imbagħad jeħodna ħdejn ix-xbieha tal-Madonna tas-Serħan, li irregalalu l-Papa Franġisku. Jgħidilna kemm hu ferħan biha, waqt li jerġa’ jirrimarka ‘irridu naraw x’se nagħmlu’.