Ta’ 14-il sena, Jennifer Dingle, mill-Istati Uniti qalulha li twieldet bla utru u għalhekk qatt ma seta’ jkollha tfal fil-futur. Minkejja din l-aħbar kerha f’età daqshekk żgħira, Jennifer se tkun miktuba fil-kotba tal-istorja, hekk kif wara li sarilha trapjant tal-utru, hija welldet żewġt ibniet.
Dan is-suċċess żgur li jagħti ftit tan-nifs lil dawk l-ommijiet u koppji li forsi wkoll ingħataw din l-aħbar u qatgħu qalbhom li xi darba jista’ jkollhom it-tfal.
Jennifer qalet li l-kliem, “se jkollok tarbija” qatt ma immaġinat li se tismagħhom.