Thursday, December 26, 2024

“Qaluli li dak li qed nagħmel qed nagħmlu biex naġevola lili nnifsi” -Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari, Rosianne Cutajar, meta għalqet id-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi li se jżid l-ammont ta’ nisa fil-Parlament, iddikjara li “kien hemm min qalli li qed nagħmel dan għax għandi interess personali u kien hemm min qalli li qed nagħmel dan biex naġevola lili nnifsi”.

Saħqet li “din mhix riforma ta’ Gvern jew Oppożizzjoni. Din hi riforma ta’ Parlament sħiħ. Il-politika tagħna hi polarizzata imma jkun hemm mument li jagħmlulna ġieħ. Ejjew infitxu akta mumenti bħal dawn. Bħala mara fil-Parlament, li hu ddominat mill-irġiel qed nippreżena abbozz ta’ liġi biex aktar nisa jingħaqdu magħna. Kien hemm min qalli li għandi interess għalija innifsi u kien hemm min saħansitra qalli li jien qed nagħmel dan biex naġevola lili innifsi.  Din hi riforma għal kulħadd. Se jkunu in-nisa li se jibbenefikaw min din ir-rifoma.”

Ekonomija

Sport