Thursday, May 2, 2024

Capitol f’lockdown temporanju minħabba nirien fil-viċin jumejn qabel l-inawgurazzjoni ta’ Joe Biden

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-preparamenti għall-inawgurazzjoni ta’ Joe Biden kellhom jiġu sospiżi wara li ntlemħet daħna ftit binjiet bogħod minn Capitol, il-Kungress Amerikan.

Is-sigurtà f’Washington hija waħda stretta ħafna u eluf ta’ uffiċjali ta’ sigurtà Nazzjonali ġew mqassmin  f’Capitol u madwar iċ-ċentru ta’ Washington DC. Il-post kellu jingħalaq temporanjament minħabba dan l-imprevist li seħħ biss jumejn qabel l-inawgurazzjoni tal-President elett Joe Biden.

Aktar tard pumpiera minn Washington DC kkonfermaw li intervjenew minħabba nirien fil-viċinanzi u li kienu ġew ikkontrollati.

Sport