Saturday, December 28, 2024

Qassis f’Detroit akkużat li għamel pressjoni fuq ħaddiema għas-sess fi skola

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-Reveendo Mirsolaw Krol, li kien jifforma parti minn Orchard Lake Schools qed jiġi mfittex fil-qoti minħabba akkużi li hu kien jagħmel pressjoni fuq il-ħaddiema li kienu jaqgħu taħtu biex jagħmlu is-sess miegħu. 

Żewġ irġiel, wieħed qassis u l-ieħor hu lajċi, qed jallegaw li Krol li kien daħħalhom jaħdmu f’Orchard Lake fis-sena 2018. Qed jallegaw li wara hu kien beda jbushom u beda anke jagħmel pressjoni fuqhom għas-sess. Huma  qed jallegaw li meta waqfulu, hu rritalja kontrihom.

Krol qed jiċħad l-akkużi. Minn naħa tagħha l-iskola qalet li Krol, issa minħabba dawn l-akkużi u l-proċeduri fil-qorti qiegħed fuq leave amministrattiv. 

Ekonomija

Sport