Friday, April 19, 2024

Qassis imwaqqaf milli jqaddes fil-pubbliku

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-każ tal-qassis li qed ikun akkużat li wettaq attivitajiet sesswali ma’ minorenni kelli kellu żvolta fl-aħħar sigħat hekk kif l-Arċidjoċesi Maltija waqqfet lil dan il-qassis mill-ministeru pubbliku wara li ġie akkużat fil-Qorti li kellu relazzjoni ma’ tfajla. Dan il-pass ittieħed mis-Safeguarding Commission. L-istess qassis ma jistax iqaddes jew jamministra s-sagramenti fil-komunità.

Il-qassis fil-qorti sostna li ġie rikattat minn din it-tfajla, li magħha kellu relazzjoni sesswali għal dawn l-aħħar erba’ snin.

Il-qassis ta’ 40 sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġeb mhux ħati li wettaq attivitajiet sesswali ma’ minorenni. L-attivitajiet sesswali allegatament seħħew f’Ġunju tal-2017 meta t-tifla kien għad kellha 15-il sena.

Il-każ ġie riferut lill-Pulizija mis-Safeguarding Commission. It-tfajla  allegat li kienet f’relazzjoni sesswali mal-qassis u li din ir-relazzjoni kunsenswali bdiet meta kien għad kellha 15-il sena.

Sport