Wednesday, February 11, 2026

Qatel lil bintu waqt argument dwar Donald Trump

Aqra wkoll

Raġel residenti Texas fl-Istati Uniti tressaq il-Qorti akkużat li kien qatel lil bintu Lucy ta’ 23 sena wara argument li kellhom dwar il-President Donald Trump.

Il-każ seħħ fl-10 ta’ Jannar li għadda fid-dar tal-imputat li tinsab 35 mil ‘il bogħod minn Dallas.

Għall-ewwel il-Pulizija Amerikana ma kellhom l-ebda suspett fil-missier, iżda wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet hu ammetta li kien qatel lil bintu. Kris Harrison – l-imputat – qal lill-pulizija li hu kellu l-vizzju tax-xorb u dakinhar tal-każ kien xorob tliet tazzi inbid.

Kien l-għarus tal-vittma li kixef kollox hekk kif qal lill-pulizija li Lucy kienet inqatlet minn missierha wara argument kbir li kellhom dwar il-President Trump.

Skont rapporti fil-midja l-missier qatel lil bintu billi sparala diversi tiri ta’ arma tan-nar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport