Friday, December 13, 2024

“Qatilha għax mara… delitt motivat mis-sess” – il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa qalet li hija tal-fehma li Paulina Dembska nqatlet għax kienet mara.

Stqarret dan, b’reazzjoni għall-aħbar li s-suspettat qattiel ta’ Paulina Dembska, Abner Aquilina pprova jattakka żewġt irġiel qabel ma qatel u stupra lit-tfajla Pollakka.

F’kitba fuq il-mezzi soċjali, il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa qalet li fil-fehma tagħha dan id-delitt huwa motivat mis-sess, anki jekk aktar kmieni ġie rrappurtat li Abner attakka żewġt irġiel qabel ma qatel u stupra lil Dembska.

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa wriet ruħha ddispjaċuta li l-awtoritajiet fi kliemha mhux qed jagħtu importanza lill-fatt li l-vittma hija mara.

Ekonomija

Sport