Sunday, November 24, 2024

“Qatt m’emmint li naslu s’hawn… Sa fejn nafu qatt m’għamilna ħsara lil ħadd”

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat bosta kienu dawk il-persuni li kkundannaw l-att ta’ vandaliżmu li sar mal-bieb tal-ambaxxatur emeritu Ray Azzopardi u Clint Flores, b’uħud jiddeskrivu dan l-att bħala wieħed tal-mistħija u ta’ injoranza kbira. 

Clint Flores qasam xi ritratti fuq il-midja soċjali ta’ dan l-att ta’ vandaliżmu u qal: “Qatt m’emmint li naslu s’hawn b’atti ta’ vandaliżmu mal-faċċata tagħna spray mal-bieb ta’ barra – aħmar!  Sa fejn nafu aħna qatt m’għamilna ħsara lil ħadd. Ġrat bejn 8.15p.m. u l-11.00p.m. Min għandu xi informazzjoni jibagħtli messaġġ privat.”

Uħud minn dawk li kkummentaw dwar dan l-att ta’ vandaliżmu qalu: “Il-kultura tal-mibgħeda li ilha tinżera għal dawn l-aħħar 15-il sena mill-inqas. Kultura tal-injoranza.”

“Vandaliżmu ikkundannat dejjem. Tal-mistħija u injoranza kbira li sfortunatament ġo dan il-pajjiż għadha tispikka. Jalla min hu jinqabad,” kitbet persuna oħra. 

Sport