Thursday, July 30, 2026
Home Sport ‘Qatt mhu tard biex tibda xi dixxiplina ta’ sport għax żgur ħa...

‘Qatt mhu tard biex tibda xi dixxiplina ta’ sport għax żgur ħa jtejjeb ħajtek’ – Mario Scerri

0
58

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Minn mindu kont ta’ età żgħira kont inħobb l-atletika, imma kont ftit obeżi. Ta’ 21 sena kont niżen 90kg u ddeċidejt li nagħmel xi forma ta’ sport għal saħħa aħjar u bdejt nimxi hekk kif il-piż beda jonqos bdejt niġi bilmod, sakemm ħadt sehem l-ewwel darba fil-fun run  u qatt ma ħarist lura.

X’suċċessi maġġuri rnexxielek tikseb sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Is-sodisfazzjon li kull filgħodu iqum b’determinazzjoni li niġi u s-suċċess tiegħi, apparti li kelli l- opportunità li nagħmel nofs Maratona ġo Lyon fi Franza b’ħin ta’ 1:41 min, grazzi tas-sapport minn St Patrick Athletic Club.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Minn 20 sena ‘l hawn in-nies żdiedu ħafna fl-atletika u saru iktar konxji li jieħdu sehem x sport.

 U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

 Il-maġġor parti fit-toroq mal-karozzi u ġo skejjel wara l-ħin fit-trakka.

 Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

 Nixtieq inkompli bl-Atletika għax nemmen li hu ta’ benefiċċju għal saħħti.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

Qatt taqta’ qalbek … qatt mhu tard biex tibda xi dixxiplina ta’ sport għax żgur ħa jtejjeb ħajtek!