Hekk kif dalgħodu kompla l-ġuri ta’ Yorgen Fenech mixli li kien il-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-imputat fix-xhieda tiegħu qal li hu “Qatt… Qatt ma ħriġt flus…. Qatt ma ħriġt sold għall-omiċidju.”
Anzi waqt ix-xhieda jgħid li hu ta l-flus lil Melvin biex iwaqqaf il-qtil… “Biex nikkalmah u ma jbatix hu… kont ċar ħafna,” xehed Fenech quddiem il-ġurati.
Fenech xehed ukoll li “that was the easiest solution to keep him calm and under control” b’referenza għal Melvin. Qal ukoll li ir-rikatt kollu li kien jagħmel Theuma kien biex jieħu l-flus. Aktar tard, ir-rikatt sar aktar personali u infatti implika lil Fenech fil-qtil.
