Il-kumpanija Falcar għamlet appell lill-pubbliku wara li koppja b’tifel magħhom allegatament inqabdu jisirqu xi stereos mill-ħanut tagħhom u wara jbigħuhom fuq Market Place.
Il-kumpanija appellat biex min għandu xi informazzjoni fuq din il-koppja jgħaddiha lill-pulizija. Appellat ukoll lil dawk in-nies li xtraw dawn l-istereos mingħand l-istess koppja biex jirritornawhom l-għassa ta’ Raħal Ġdid u ma jzommux affarijiet misruqa għandhom. Il-kumpanija qalet li ser tħallas lura l-ammont kollu lil dawk li jirritornawhom lura.
Il-kumpanija Falcar tellgħet xi ritratti tas-CCTV tal-koppja fil-ħin li kienu qed jisirqu mill-ħanut tagħhom. Fost dawn jidher il-missier bit-tifel fuqu kif ukoll l-omm titfa’ oġġetti fil-basket tagħha.