L-infermiera li qegħdin fuq liv ta’ kwarantina mhux se jitilfu l-benefiċċji tal-ħlas fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
L-MUMN ħabbret li ntlaħaq qbil bejnha u bejn il-Gvern u d-Dipartiment tas-Saħħa dwar numru ta’ kwistjonijiet fid-dawl tal-imxija COVID-19 f’pajjiżna. Ftit tal-jiem ilu, l-MUMN ħabbret numru ta’ direttivi fost l-infermiera, iżda dawn kienu rtirati wara l-Gvern waqqaf l-attivatjiet tal-massa kaġun tal-imxija COVID-19. Minkejja dan, kien għad baqa’ numru ta’ kwistjonijiet li l-MUMN kienet għadha qed tenfasizza. Primarjament, li dawk l-infermiera li qegħdin fuq liv ta’ kwaratina xorta waħda għandhom jitħallsu bil-benefiċċji li jġibu magħhom il-Ħdud u l-festi pubbliċi.
Il-Gvern qabel ukoll li l-membri tal-MUMN se jkunu qed jibbenifikaw minn żieda ta’ 12-il siegħa ta’ liv addizjonali. Finalment, dawk l-infermiera li għandhom tfal ta’ 10 snin jew iżgħar se jkunu qed jingħataw l-għajnuna jekk l-iskejjel ma jiftħux.