Thursday, July 17, 2025

‘Qed inħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħi ma’ Ta’ Xbiex SC b’ottimiżmu kbir’ – Carmelo Caruana

Aqra wkoll

Minn  Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn meta kont żgħir konna nilagħbu fit-triq u minn hemm bdiet l-imħabba tiegħi lejn il-futbol.

Iddeskrivi l-esperjenzi passati tiegħek ma’ diversi klabbs fosthom ma’ Kirkop, Zurrieq, Senglea Athletic, St George’s, Vittoriosa Stars u Qormi.

Ovvjament kollha għandhom is-sabiħ tagħhom u dejjem tagħmel ħbieb ġodda. L-aktar żewġ timijiet għal qalbi u b’esperjenzi sbieħ huma ma’ raħal twelidi Zurrieq FC u Senglea Athletic FC, fejn ma’ Zurrieq FC lgħabt għal disa’ snin sħaħ fejn irbaħt anke promozzjonijiet. Ma’ Senglea Athetic FC lgħabt għal staġun u nofs fejn irbaħna l-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni.

Kif qed tħares lejn l-esperejnza ġdida tiegħek bħala goalkeeper ta’ Ta’ Xbiex SC?

Hija esperjenza ġdida għalija fejn qed inħares lejha b’ottimiżmu kbir. Hemm president, kumitat u staff tekniku li qed jaħdmu bla wafqien biex niksbu l-ewwel promozzjoni storika għall-klabb.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Il-livell huwa wieħed tajjeb. Hemm ħafna plejers li qed jinżlu divizjonijiet peressli fil-Malta Premier żdiedu l-plejers barranin. Rigward klabbs nemmen li tejbu s- set-ups tagħhom u żiedu l-istaff tekniku biex il-plejers ikunu iktar ippreparati.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Rigward riżorsi, nemmen li għandna fejn intejbu.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Bħalissa qed niffoka biex inġib il-licenzji tal-kowċing meħtieġa. Bdejt nikkowċja lill-goalkeepers ta’ Zurrieq FC Youth Nursery. Naħseb li malli nieqaf mill-futbol milgħub, inkompli nikkowċja!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Qatt m’għandek taqta’ qalbek, għax jekk taħdem u tistinka, xi darba tasal żgur!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport