Thursday, November 14, 2024

Qed issir kampanja favur ir-referees fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Bħalissa qed issir kampanja favur ir-re­ferees fl-Ingilterra. Dan minħabba li l-uffiċjali tal-logħba fil-livelli tal-Amateur Leagues qed jiġu abbużati mill-players kif ukoll mill-partitarji bil-konsegwenza li jkunu mwerwrin minbarra kliem ħażin.   

F’każ minnhom ġie rrapurtat li waqt logħba, player partikolari kkommetta foul ikrah u x’ħin ir-referee kien se jurih il-karta l-ħamra, dan qallu li jekk ikeċċih kien se jmur iġib il-pistola mill-karozza u jisparalu. 

Referee ieħor ilmenta li kien qala’ daqqa ta’ ponn ġo l-istonku tiegħu wara li wera l-karta s-safra lil player.

Fil-futur qrib, il-PGMOL se torganizza laqgħat fit-tentattiv biex jiġi megħlub dan l-abbuż billi tħarrax il-pieni kontra l-aggressuri. 

Bħalissa, il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, huwa akkużat għal kritika eċċessiva lejn l-uffiċjali tal-logħba wara t-telfa ta’ 1-0 kontra Newcastle.   

Ekonomija

Sport