Friday, May 3, 2024

Josie Cassar tinħatar biex tmexxi l-amministrazzjoni tal-IFF

Aqra wkoll

Eks player tal-futbol u coach tal-grasroots, is-Sinjura Josie Cassar, inħatret biex tkun responsabbli mill-implimentaz­zjoni tad-direzzjoni strateġika tal-Bord tal-Inħobb Il-Futbol Foundation b’iffukar kbir fuq il-kwistjonijiet kollha tal-amministrazzjoni, inklużi l-operazzjonijiet ta’ kuljum u l-ippjanar u l-ġestjoni kontinwi li jappartjenu għall-aspetti kollha tal-preżent u tal-futur tal-proġetti tal-IFF.

Gareth Sciberras, chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-IFF, laqa’ l-ħatra tas-Sinjura Cassar. 

“Il-ħatra ta’ direttur biex imexxi l-amministrazzjoni tal-IFF għal xi żmien kienet prijorità peress li ħassejna li din kienet it-triq ‘il quddiem biex il-Fondazzjoni tiżgura go­vernanza tajba u tkompli ttejjeb il-livell ta’ effiċjenza u kommunikazzjoni permezz ta’ kollaborazzjoni akbar fost il-coaching staff, scouts u stakeholders oħra,” qal is-Sur Sciberras.

Is-Sinjura Cassar se tieħu r-rwol il-ġdid tagħha b’effett immedjat. F’kumment dwar il-ħatra tagħha, hija qalet: “L-IFF jiffoka fuq l-iżvilupp tal-players, aktar parteċipazzjoni u nklużjoni. Permezz ta’ diversi esperjenzi personali, nista’ nġib l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex inkompli nsaħħaħ it- tliet elementi li huma fil-qalba tal-Fondaz­zjoni filwaqt li ntejjeb l-awtonomija tagħha minn perspettiva amministrattiva.”

Sport