Wednesday, March 27, 2024

“Qed jintbagħat messaġġ ċar li pajjiżna mhuwiex miftuħ għal dawk li ma josservawx il-liġi”

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda sar ir-raba’ raid kontra l-immigrazzjoni rregolari fejn ġew arrestati 49 persuna.

Ir-rejd sar flimkien ma’ ħidma kontra d-droga u l-kriminalità organizzata. Dan sar minn numru kbir ta’ uffiċjali tal-pulizija bl-għajnuna tas-servizz ta’ detenzjoni u entitajiet oħra. B’mod immedjat issa jibda l-proċess biex dawn il-persuni ma jibqgħux f’pajjiżna. Matul dawn l-ispezzjonijiet ġew issiġillati propjetajiet u anke ġie maqtugħ is-servizz tad-dawl u l-ilma.

“Dawn ir-raids qed isiru bħala parti minn pjan tal-istess awtoritajiet li permezz tiegħu qed jattakkaw l-immigrazzjoni rregolari u allura dawk il-persuni li qed jgħixu f’pajjiżna b’mod illegali. Permezz tagħhom qed jintbagħat messaġġ ċar u sod li pajjiżna mhuwiex miftuħ għal dawk li ma josservawx il-liġi” saħaq il-Ministru Byron Camilleri.

Il-Ministru qal ukoll li din il-ħidma konta l-immigrazzjoni rregolari ser tkompli anke fil-ġimgħat li ġejjin sabiex tkompli tissaħħaħ, għalhekk mistennija jsiru għadd ta’ operazzjonijiet simili madwar Malta u Għawdex.

Ekonomija

Sport