Wednesday, April 24, 2024

Żewġ persuni se jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Birkirkara

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tad-09:00 a.m., il-Pulizija ser tressaq żewġ persuni l-
Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace.

Il-Pulizija ġiet infurmata li fil-21 ta’ Settembru kienet qed issir serqa minn ħanut fi Triq il-Wied, Birkirkara. Iż-żewġt irġiel huma ta 37 u 25 sena u t-tnejn residenti Birkirkara

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post, għamlet spezzjoni u fuq wara tal-ħanut innotat li hemm bieb tal-ħġieġ imkisser kif ukoll xi ħadd fuq il-bejt. Għalhekk, issejħu sezzjonijiet differenti tal-Pulizija u flimkien daħlu ġol-ħanut u bdew jispezzjonaw kamra kamra f’kull sular.

Kif waslu fit-tielet sular, instemgħu ħsejjes u ġew innutati passi li jwasslu għat-toilets. Il-pulizija segwew il-passi però nnutaw li l-bieb kien imsakkar minn ġewwa li jindika li kien hemm xi ħadd. Il-pulizija bdew jippruvaw ikellmu lil min kien wara l-bieb iżda wara ħafna tentattivi biex jikkopera ħadd ma fetaħ u għaldaqstant kissru l-bieb.

Għall-ħabta tal-10:00 a.m. ġiet arrestata l-ewwel persuna. Minħabba s-suspett li kien hemm iżjed nies ġewwa, il-Pulizija bdiet ukoll tara l-filmati tal-kameras tas-sigurtà u raw li l-arrestat ma kienx waħdu u hemm persuna oħra ġewwa.

Għalhekk komplew it-tfittxijiet sakemm il-kelb tal-Pulizija, Thor, għall-ħabta tas-02:00 p.m., immarka li hemm xi ħadd fis-suffett. Il-Pulizija imxew fejn immarka
Thor, kissru biċċa mis-suffett u sabu lit-tieni persuna. Xorta waħda dan ipprova jaħrab imma ġie arrestat mill-ewwel.

Żewġ persuni ser jitressqu b’rabta mal-Istqarrija Stampa PR 625/22 – Żewġt irġiel
jinqabdu filfatt jisirqu f’Birkirkara (maħruġa fil-21 ta’ Settembru, 2022).

Sport