Saturday, November 23, 2024

“Qed negħrqu… fejnha d-distanza soċjali? Fejnhom il-maskri?”

Aqra wkoll

Il-membru parlamentari Godfrey Farrugia qal li ninsabu f’sitwazzjoni fejn qegħdin negħrqu. 

Sostna li jekk tmur sal-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ titkexkex. Qal li mhix qiegħda tinżamm id-distanza soċjali u lanqas mhuma qegħdin jintlibsu l-maskri. 

Saħaq li l-attitudni ta’ bosta hi bla sens u ħafna ksuħat. 

Farrugia qal li l-COVID-19 mhix xi infezzjoni ħafif u qal li anke jekk tfieq minnha, tista’ tħallilek konsegwenzi koroh fuq saħħtek. 

Hu qal li m’aħniex nieħdu ħsieb saħħitna, filwaqt li appella biex kull wieħed minna jkun responsabbli lejh u anke lejn ħaddieħor. Sostna li l-aqwa investiment hi saħħitna. 

Sport