Saturday, December 28, 2024

“Qed nemendaw id-definizzjoni ta’ vjolenza domestika”

- Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg

Aqra wkoll

“Qed nemendaw id-definizzjoni ta’ vjolenza domestika, hekk kif irrkomandat mill-Imħallef Valenzia fir-rapport tiegħu iżda mhux biss. Aħna kkonsultajna ma’ numru ta’ stakeholders u għaldaqstant wasalna għal din id-definizzjoni wara sensiela ta’ konsultazzjoni mal-persuni li l-aktar li jaħdmu f’dan is-settur, jiġifieri dawk il-persuni li jifhmu r-realtajiet”.

Dan qalitu Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg fil-Parlament, fejn spjegat li għaldaqstant il-bidliet li ddaħħlu fis-seħħ u li qed jiġu pproponuti fil-Parlament huma mmirati sabiex kull istituzzjoni u kull awtorita’ illi jkollha x’taqsam ma’ dawn il-każijiet, se tkun tista tinvestiga aktar b’reqqa.

Buttigieg qalet li dan se jkun qed isir ukoll bil-għan, li l-Qrati jkunu jistgħu jmexxu f’dawn il-każijiet għaliex skontha kull wieħed u waħda minnha jaf illi dawn il-każijiet aktar ma jgħaddi żmien iktar ikunu problematiċi, fis-sens li joħolqu ħafna iktar stress u dan irridu nutilizzawh.

Is-Segretarju rrimarkat kif aktar minn 70% tar-rapport ta’ Valenzia ġie implimentat sa Novembru tas-sena l-oħra. Fakkret ukoll in-numru ta’ miżuri oħra li daħlu fis-seħħ, fosthom il-ftuħ taċ-ċentru ta’ Santa Luċija, fejn ta’ kuljum, dan jara numru ta’ persuni li jinqdew u jingħataw l-għajnuna meħtieġa.

Hawnhekk, hija semmiet ukoll id-dħul fis-seħħ tal-mara u sensiela ta’ miżuri oħrajn. Qalet ukoll; “Infakkar illi mhux kull każ huwa l-istess u allura ridna noqogħdu attenti ħafna li filwaqt li nimplimentaw fis-sħiħ dik ir-rikomandazzjoni, nassiguraw li ma nħallu lil ħadd barra jew li nagħmlu is-sitwazzjoni possibilment agħar milli kienet”.

Tennet tgħid li temmen li bil-konsultazzjoni li għamlu mal-istakeholders kollha ewlenin, illum wasalna għal pass ieħor.

Ekonomija

Sport