Sunday, December 22, 2024

“Qed ngħixu fil-basement… f’Mariupol is-sitwazzjoni hi tal-biża’”

Aqra wkoll

“Fid-dar tagħna kellna basement. Għexna ġo fih mindu bdiet l-invażjoni Russa fl-24 ta’ Frar.  Biss aktar m’għadda żmien aktar is-sitwazzjoni bdiet issir perikoluża.  L-attakki dejjem saru aktar qawwijin u kien minħabba f’hekk li ddeċidejna li nimxu lejn iċ-ċentru ta’ Mariupol”. Tiddikjara dan Lisitsa, li tgħix f’Mariupol.

Tiddikjara “z-zija tiegħi tatni permess biex noqgħod f’appartament vojt li għandha li jinsab fid-distrett ta’ Primorsky.  Il-ħajja fil-basement hi tad- dwejjaq. Anki hawn is-sitwazzjoni hi tal-biża’. Min kien se jgħidilna li Mariupol kienet se titfarrrak u titkisser taħt dawn l-attakki. Ħsibna li konna se nistennew ftit u jgħaddi kollox. It-tama tagħna hi li din il-gwerra tieqaf”.

Ekonomija

Sport